Iċ-ċkejken Nicolas Causin ħalla din id-dinja fl-età ta’ sitt snin – l-Iskola ta’ Ħal Għaxaq isellimlu

Aqra wkoll

Iċ-ċkejken Nicolas Causin ħalla din id-dinja fl-età ta’ sitt snin, b’aħbar li ġabet niket fost il-familjari, il-ħbieb u l-komunità tal-iskola tiegħu.

Il-funeral se jsir illum is-Sibt 28 ta’ Novembru, fid-9:00 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.

L-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq, fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu, stiednet lill-ġenituri u lit-tfal li jixtiequ jagħtu l-aħħar tislima lil Nicolas biex jattendu għall-funeral. It-tfal ġew imħeġġa jilbsu l-uniformi tal-iskola bħala simbolu ta’ għaqda u tifkira.

F’messaġġ mimli emozzjoni, għalliema li kienet għallmet lil Nicolas sellmitlu l-memorja tiegħu, filwaqt li fakkret fit-tbissima tiegħu u fil-mumenti sbieħ li qasmu flimkien.

Kondoljanzi sinċieri lill-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport