Tuesday, February 3, 2026

Fl-Awstralja: Tifel ta’ 13-il sena meqjus bħala eroj wara li salva lilu nnifsu u lil familtu

Aqra wkoll

Tifel ta’ 13-il sena ġie meqjus bħala eroj wara li għam f’ilmijiet imqallba biex isalva lill-familja tiegħu li kienet inġarret ’il barra mill-baħar. Austin Appelbee tkaxkar ’il barra mill-baħar ma’ ommu Joanne u ħutu Beau u Grace waqt li kienu qed jgħumu f’Quidalup, fin-nofsinhar tal-punent tal-Awstralja.

Midja internazzjonali rrapurtat li minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tal-baħar, Austin irnexxielu jgħum l-ekwivalenti ta’ żewġ maratoni tal-għawm f’erba’ sigħat. F’intervista mal-midja, omm Austin, Joanne spjegat li ħadet deċiżjoni diffiċli u bagħtet lil Austin waħdu lejn ix-xatt biex jitlob l-għajnuna.

Wara għawma ta’ madwar 4 kilometri f’baħar imqalleb, kien qabad jidlam x’ħin it-tifel wasal l-art. Minkejja li kien bla saħħa, ġera sabiex isejjaħ għall-għajnuna. It-tifel irrakonta kif kien hemm mara fuq il-bajja li tagħtu xi ikel u li wara ntilef minn sensih, sab ruħu fl-isptar

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport