“Fl-ebda ħin ma ġie ordnat biex jieqaf mix-xogħol tiegħu ta’ infermier jew tal-Unjin,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fi tweġiba li ta lil dan is-sit dwar il-każ li jirrigwardja lis-Sur Paul Pace.
Fl-aħħar ġimgħat, iċċirkolaw rapporti dwar l-allegat każ li Pace, il-President tal-MUMN, talab ħlas ta’ xogħol li ma kienx twettaq, anki meta kien imsiefer.
Mistoqsi dwar dan, il-Ministru qal li s-Sur Pace bħal kull impjegat ieħor taċ-ċivil ħtieġlu jgħaddi mill-għarbiel tal-bord tad-dixxiplina. Huwa insista li l-PSC (il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku) ta l-verdett tiegħu u li Pace mexa skont l-istess verdett.
Pace kien tkellem ma’ ġurnal lokali fejn spjega li huwa kien qal lill-bord li s-sigħat inkwistjoni, madwar 12-il siegħa b’kollox, kien għaddiehom biż-żball u offra li jħallashom lura.
12 il siegha jew 80 sieghaMUMN hija veru Union tal misthija biex thalli persuna tmexxija li ta EZEMPJU hazin lill membri taghha.lesekuttiv ta Mumn missu rezenja kollu u mhux halla lill pawl pace fil pozizzjoni tieghu.