Saturday, December 28, 2024

Fl-ewwel 120 jum il-BCRS ġabret aktar minn 45 miljun kontenitur

Madwar 70 fil-mija tagħhom huma tal-plastik

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel 120 jum mill-operat tal-BCRS inġabru aktar minn 45 miljun kontenitur li jinkludu plastik, ħġieġ u laned. Barra minn hekk, pajjiżna rnexxielu jikseb ċertifikazzjoni ta’ kważi 2,000 tunnellata ta’ skart li ġew esportati barra mill-pajjiż minn Novembru lil hawn. 

Ikkonfermat dan ma’ Talk.mt Maria Micallef – waħda mid-diretturi ta’ BCRS Malta f’kummenti dwar konferenza mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Maltija (ACE) bil-għan li l-kumpanija tkompli tifhem il-problemi li għadhom qegħdin inaqqsu l-effiċjenza tal-operat.

Spjegat li sa mill-bidu tal-introduzzjoni tal-iskema ġdida tar-riċiklaġġ sar investiment ta’ €20 miljun li fost l-oħrajn jinkludi l-bini tal-fabbrika, estenzjoni tal-infrastruttura u d-diversi magni li huma aċċessibbli għall-pubbliku kemm fis-supermarket kif ukoll f’żoni pubbliċi madwar Malta u Għawdex.

Hu stmat li ta’ kuljum qegħdin jiġu rriċiklati madwar 45,000 kontenitur li madwar 70 fil-mija minnhom huma kontenituri tal-plastik.

Ekonomija

Sport