Friday, April 19, 2024

Il-BCRS se tintroduċi 10 magni kbar oħra qabel is-sajf

Moniteraġġ kontinwu biex tiżdied l-effiċjenza tal-operat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

BCRS Malta se tkun qiegħda tintroduċi 10 magni oħra sa qabel is-sajf biex iżżid l-effiċjenza fis-servizz tar-riċiklaġġ tal-kontenituri.

Minn Ħal Far qegħdin jiġu mmoniterjati l-magni kollha 24 siegħa kuljum, il-BCRS qiegħda tisma’ l-ilmenti, u ħafna minn dawn l-ilmenti, li jkunu fil-maġġoranza tagħhom ġenwini qegħdin jiġu indirizzati biex ikun imtejjeb is-servizz u kemm jista’ jkun tonqos l-inkonvenjenza.

F’kummenti lil dan is-sit, waħda mid-Diretturi ta’ BCRS qalet li hemm medja ta’ 10 fil-mija tal-ħin li  dawn ma jkunux qegħdin jiffunzjonaw (Downtime period). 

Diversi sitwazzjonijiet jistgħu jwasslu għal dan, fosthom xi ħadd li ma jagħmilx użu tajjeb tant li jikkawża biex dawn jieqfu jaħdmu fosthom billi jinxteħtu kontenituri b’likwidu fihom fost sitwazzjonijiet oħra, magni mimlijin u xi ħsarat tekniċi oħra. 

Intant hija spjegat li għaddejja ħidma biex dan il-perjodu jkompli jitnaqqas biex tiżdied kemm jista’ jkun l-effiċjenza.

Sport