Saturday, December 21, 2024

Fl-Indja: Jiddeċiedu li jsemmu lil tewmin Corona u Covid!

Aqra wkoll

Omm it-tewmin qalet li l-ismijiet tat-tfal se jkunu qed ifakkruha fit-tbatijiet ta’ dawn iż-żminijiet

Koppja Indjana mill-istat ta’ Chhattisgarh semmew lit-tewmin tagħhom Corona u Covid. Dan hekk kif il-pajjiż tpoġġa taħt lockdown kaġun tal-pandemija tal-coronavirus.

It-tewmin, tifel u tifla, twieldu  nhar is-27 ta’ Marzu li għadda fl-isptar tal-Gvern fil-kapitali tal-istat Raipur. Dan kien jumejn biss wara li l-lockdown imħabbar mill-Gvern Indjan ġie fis-seħħ.

Preeti Verma, l-omm tat-tewmin li għandha 27 sena, f’kummenti li tat lill-aġenzija tal-aħbarijiet Indjana Press Trust of India, qalet li t-twelid tat-tewmin kien ikkaratterizzat minn diversi diffikultajiet. “Għaldaqstant jien u żewġi ridna li nagħmlu din il-ġurnata waħda memorabbli.”

Il-koppja qalet li l-ismijiet ta’ wliedhom se jkunu qed ifakkruhom fit-tbatijiet li sofrew tul il-lockdown.

Jien u żewġi ridna li nagħmlu din il-ġurnata waħda memorabbli.

Omm it-tewmin, Preeti Verma

Madankollu l-koppja ammetiet li qraba tagħhom qed jagħmlulhom pressjoni biex ibiddlu l-ismijiet lit-tewmin, u għaldaqstant jaf jieħdu d-deċiżjoni li jagħtuhom isem ġdid.

Matul dawn l-aħħar jiem l-Indja rreġistrat żieda sostanzjali fin-numru ta’ persuni infettati bil-coronavirus, b’aktr minn 3,000 każ ta’ infezzjoni u 68 imwiet.

Ekonomija

Sport