Monday, December 9, 2024

Wasterv tirribatti għal allegazzjonijiet li ħaddiema f’Tal-Kus mhumiex ipprovduti bl-ilbies protettiv neċessarju

Aqra wkoll

Il-Wasteserv irribattiet għal dak allegat minn ġurnalist li l-ħaddiema tal-kumpanija fl-impjant Tal-Kus, Għawdex mhumiex ipprovduti bl-ilbies protettiv neċessarju.

Wasterserve tenniet li kuntrarjament għal dak li ntqal mill-ġurnalist ta’ Net News, ilbies protettiv li jikkonsisti minn ilbies hi-visibility, maskli FFP3, nuċċalijiet għall-protezzjoni tal-għajnejn u goggles protettivi, ingwanti protettivi huma mandatorji fil-faċilità f’Tal-Kus.

Wasterv kompliet tisħaq li Ilbies personali protettiv ieħor, bħal ‘cover-alls’ protettivi, maskli li jgħattu l-wiċċ u apparat li jipproteġi s-smigħ, jintlibes abbażi tax-xogħlijiet li jkunu qed isiru skont il-miżuri determinati minn risk assessment.

 Il-kumpanija temmet tgħid li saħansitra dalgħodu, il-Kap tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurtà kien f’Tal-Kus ġewwa Għawdex fuq spezzjoni ta’ rutina u għalhekk seta’ jikkonferma li hemm l-ilbies protettiv kollu indikat u li dan qed jiġi provdut lill-ħaddiema kollha skont ir-risk assessments.

Ekonomija

Sport