Il-Pulizija Indjana arrestaw 3 persuni b’rabta ma’ qtil ta’ tifel ta’ għaxar snin li skont l-investigazzjonijiet inqatel b’sagrifiċċju f’ritwal sataniku. Tnejn mill-irġiel arrestati huma qraba tal-istess tifel.
Kien fis-26 ta’ Marzu li għadda meta l-pulizija sabu l-kadavru ta’ Vivek Verma mormi f’għalqa fil-belt ta’ Bahraich. Il-pulizija mill-ewwel bdew jinvestigaw dan il-każ u sabu li l-kuġin tiegħu Anoop Verma ilu minn minndu kellu sentejn u nofs jimrad b’mod regolari.
Jirriżulta li l-ebda trattament mediku ma’ kien qed jaħdmu fuqu u għalhekk ittieħed għand persuni li jipprattikaw is-sataniżmu fenj issuġerew li biex saħħet Anoop taqleb għal aħjar iridu joffru sagrifiċċju tifel qrib tiegħu.
Din ma hix xi ħaġa rari għal Indja hekk kif bejn l-2014 u l-2021 il-pulizija saru jafu li nqatlu 193 persuna f’ritwali ta’ sataniżmu. Ħafna minnhom inqatlu biex il-qraba tagħhom jirċievu fejqan, u anke koppji biex ikollhom it-tfal.
Il-pulizija Indjana mistennija li tressaq lil dawn il-persuni quddiem il-ġustizzja fil-jiem li ġejjin hekk kif ittemm l-investigazzjoni tagħha.