Il-pulizija daħlilhom rapport dwar grupp ta’ persuni li kienu involuti fi ġlieda bi skieken f’Londra. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li nqala’ argument bejniethom minħabba parkeġġ.
Kif waslu fuq il-post, il-pulizja sabu raġel ta’ 30 sena mal-art b’daqqiet ta’ sikkina li kellu jittieħed l-isptar b’urġenza.
Raġel ieħor li wkoll kellu xi feriti, ġie arrestat fuq suspett ta’ attentat ta’ qtil. Aktar tard ġie rrapurtat li karozza kienet ħarbet minn fuq il-post iżda ftit wara nstabet mill-pulizija.
Fil-karozza kien hemm tliet irġiel li tnejn minnhom ukoll kienu midruba serjament u kellhom jittieħdu l-isptar b’urġenza.
Aktar tard ġew arrestati aktar persuni b’rabta ma’ din il-ġlieda li se jkunu qed jitressqu fuq suspett ta’ attentat ta’ qtil. Il-pulizija kellhom anka jużaw taser biex jikkontrollaw lill-irġiel li ftit wara ġew arrestati.