Saturday, May 4, 2024

“Il-ħaddiem qed jingħata b’lura dak li diġà tteħidlu”

Aqra wkoll

Il-mekkaniżmu taż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) huwa pilastru tar-relazzjonijiet industrijali f’pajjiżna. Il-fatt li f’pajjiżna ftit li xejn kellna strikes u azzjonijiet industrojali kbar fl-aħħar 30 sena huwa grazzi wkoll għal dan il-ftehim nazzjonali bejn it-tradeunions, min iħaddem u l-Gvern. Dan għaliex neħħa l-kwistjonijiet dwar żidiet biex ikopru ż-żieda fil-prezzijiet.

Il-Kamra tal-Kummerċ qiegħda tipproponi li dan il-konsensus jieqaf, aktarx għaliex qed jiġi rrapportat li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun madwar €10 fil-ġimgħa.

Din il-pożizzjoni hija żbaljata għal numru ta’ raġunijiet:

1. Ma tagħrafx il-kuntest storiku li fih sar dan il-ftehim u jgħarrax li jergġħu jibdew kwistjonijiet li ilhom min- sijin. Wieħed jimmaġina li fil-Kamra hemm biżżejjed nies ta’ esperjenza li jiftakru l-problemi li kien hemm qabel ma sar dan il-ftehim.

2. Din ir-reazzjoni għal żieda ta’ €10 tinsa ż-żidiet żgħar tas-snin ta’ qabel. Meta l-COLA kienet €0.50, il-Gvern issoporta l-kritika u kkumpensa mingħajr ma għabba lis-settur privat.

Sfortunatament, hemm min jaħseb li l-COLA hija żieda fil-paga. Mhux hekk. Il-COLA hija kumpens għal żieda fil-prezzijiet li jkunu diġà għolew. Il-ħaddiem qed jingħata b’lura dak li diġà tteħidlu. Għalħekk il-paga ma tkunx qed tiżdied.

Darba kont għidt li COLA għolja ma tkunx sinjal sabiħ la għall-ekonomija u wisq inqas għall-ħaddiema. Niftakar il-kritika li kien hemm. Illum forsi wieħed jista’ jifħem aħ- jar dan il-kunċett.

3. Jekk il-COLA tkun €10, iż-żieda medja fuq l-aħ- ħar għaxar snin tkun €2.86 fis-sena, li ma tgħabbix lill- privat.

4. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproni li l-kumpaniji jħallsu biss id-differenza bejn dak li jkunu qablu indi- vidwalment mal-ħaddiema u l-COLA. B’hekk tiġi mminata l-protezzjoni tal-ħaddiema. Aktarx it-tweġiba tkun li numri ta’ ftehim kollettivi, inkluż tas-Servizz Pubbliku, diġà jipprovdu għal hekk. Id-differenza ewlenija hija li n-negozjati kollettivi bejn it-trejdunjins u min iħaddem jipprovdu għal djalogu strutturat, jinċentivaw il-produt- tività u jipproteġu lill-ħaddiema. Il-veru anomalija li tista’ toħloq problemi fost ħaddiema unjonizzati hi li s-sena d-dieħla wħud minn- hom jistgħu jmorru minn taħt meta mqabbla ma’ dawk mhux unjonizzati.

5. L-aktar riperkussjoni serja tas-suġġeriment tal- Kamra tal-Kummerċ hija li timmina l-produttività u l- kompetittivita, filwaqt li tif- taħ il-bibien għal abbuż. Il-Kamra tista’, mingħajr ma taf, tat lit-trejd unjins l-ak- bar argument favur li kull ħaddiem għandu bilfors ikun membru ta’ unjin għax dan huwa l-uniku mod li l- proposta tista’ tkun ġustifikata.

COLA ta’ €10 fil-ġimgħa se tiswa lill-Gvern madwar €100 miljun aktar fis-sena mis-sena d-dieħla. Din iżda mhux se tkun l-isfida ewlenija tal-Gvern.

L-ewwel nett se jkun hemm bżonn ta’ infurzar kontra min se jipprova ma jagħtix lill-ħaddiema l-kumpens kollu, u b’hekk anke jieħu vantaġġ mhux ġust fuq kumpaniji oħra. Il-fatt li m’hawnx biżżejjed ħaddiema għandu jgħin, iżda mhux biżżejjed.

It-tieni nett hemm bżonn li l-Gvern ikompli bil-politika tiegħu li ma jgħollix il-kontijiet tad-dawl. Din hija miżura li tgħin kemm lill-familji kif ukoll lill-ħaddiema ferm aktar minn skemi mimlija burokrazija. Nistma li l-Gvern qed jonfoq mad- war €1 miljun kuljum fuq hekk. Forsi wasal iż-żmien li l-Gvern jgħid dan l-ammont fil-miftuħ. Li hu żgur huwa li mingħajr din il-politika, il-COLA kienet tkun ferm ogħla, kif qal il-Ministru tal-Finanzi, u l-problema ferm akbar.

Ovvjament il-flus iridu jiġu minn x’imkien. L-aqwa tweġiba tibqa’ li titkabbar l-ekonomija. Biex isir dan hemm bżonn deċiżjonijiet ċari u kuraġġjużi biex il-privat jingħata sinjal li jista’ jinvesti.

Sport