Sunday, November 24, 2024

Fl-Ingilterra: Ġuvni ta’ 18-il sena akkużat li għaddas minorenni u stupraha

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena jinsab arrestat fuq każ ta’ stupru fuq minorenni. Il-każ seħħ fit-18 ta’ Lulju tas-sena l-oħra, fil-Bajja ta’ Bournemouth.

Il-Pulizija ta’ Dorset spjegat li l-ġuvni ta’ 18-il sena qed jinżamm f’West Midlands, l-Ingilterra.

Skont il-Pulizija, dakinhar li seħħ il-każ, l-aggressur għaddas lit-tifla għal fil-baħar. Hija kienet tinsab il-baħar ma’ sħabha, meta fid-daqqa u l-ħin il-ballun tagħhom spiċċa quddiem is-suspettat li qal lit-tifla illi kien jinsab f’Birmingham fuq vaganza.

Il-pulizija semgħet kif il-minorenni ta’ 15-il sena sfat vittma ta’ stupru fil-baħar. Allegatament, ftit mumenti wara li l-aggressur newwel il-ballun lura lil waħda mit-tfajliet tal-grupp, huwa qabad jitkellem mat-tifla mbagħad għaddasha iżjed fil-fond u stupraha.

Il-każ qed jitmexxa mill-Ispettur Wayne Seymour.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport