Tuesday, May 14, 2024

L’Equipe Summer League: Macedonia jispikkaw b’rebħa kbira

Aqra wkoll

Il-ġimgħa l-oħra ntlagħbet l-ewwel ġurnata ta’ L’Equipe Summer League li qed isir fil-grawnd tal-Għargħur.

Minn grupp A, Macedonia spikkaw f’din l-ewwel ġurnata ta’ logħob meta għelbu bl-iskor kbir ta’ 26-3 lil Kanon Gaming sabiex fetħu bl-aħjar mod possibbli l-impenji tagħhom f’dan il-kampjonat. Għalihom spikka Daniel Stojanov li kien awtur ta’ 12-il gowl b’Riste Chulupanowski jiskorja ħames gowls.

Niupi FC wkoll kellhom xalata ta’ gowls meta rebħu 15-0 lil Aston Birra. Fost l-oħrajn, Steven Camilleri skorja erba’ gowls b’Miguel Alba u William Asaku jiskorjaw doppjetta. Roa Brothers li rebħu lil Ernst and Young 12-4.

FM Interiors u All Blacks ukoll ħadu l-ewwel tliet punti tagħhom wara riżultati ta’ 3-2 u 5-3 kontra De Fonseca u Masters R United rispettivament.

Il-konfront bejn Marsaskala u Flutter kien wieħed bilanċjat tant li l-iskor finali spiċċa 5-5.

Minn grupp B, ir-rebbieħa tas-Super Cup Leġġendarji AFC kisbu l-ikbar rebħa tal-grupp wara skor ta’ 12-3 kontra CFDS b’Lio Esso Jr awtur ta’ erba’ gowls. La Famiglia AFC iddominaw u rebħu 10-0 lil Pentasia b’Elvis Johnson jiskorja hat-trick filwaqt li Spartans u Azzurri wkoll ħadu t-tliet punti neċessarji wara skors ta’ 4-2 u 7-6 kontra Dynamo Lynx u Mapfre MSV Life rispettivament.

Orthodox Wizards u Madballerz temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 5-5 filwaqt li anke Spurs u Patatanaikos ħadu punt kull wieħed wara riżultat ta’ 2-2.

L-ewwel rawnd ta’ din il-kompetizzjoni jibqa’ sejjer sas-16 t’Awwissu fejn kull tim miż-żewġ gruppi jilgħab kontra xulxin sabiex fit-23 t’Awwissu tibda t-tieni fażi fejn it-timijiet jinqasmu fi tliet gruppi differenti.

Klassifika – Grupp A

Macedona, Niupi FC, ROA Brothers, All Black, FM Interiors 3, Marsaskala, Flutter 1, De Fonseca, Masters R United, Ernst and Young, Aston Birra, Kanon Gaming 0.

Klassifika – Grupp B

La Famiglia AFC, Leġġendarji AFC, Spartans, Azzurri FC 3, Madballerz, Orthodox Wizards, Patatanaikos, Spurs 1, Mapfre MSV Life, Dynamo Lynx, CFDS, Pentasia 0.

Sport