Tfajla ta’ 23 sena nstabet mejta fl-10 ta’ Ġunju wara li ħadet ħajjitha b’idejha. Ftit ġimgħat wara nstab il-katavru tal-għarus tagħha li kien jaħdem bħala suldat.
Il-koppja kienu ltaqgħu fuq il-post tax-xogħol u bdew joħorġu flimkien. Familjari tat-tfajla sellmu l-memorja tal-ġuvni fejn qalu li jinsabu ċerti li issa l-koppja reġgħet iltaqgħet għall-ħajja ta’ dejjem u li żgur qed jieħdu ħsieb xulxin.
Inkejsta kienet infetħet dwar il-mewt tat-tfajla iżda skont l-aħħar stħarriġ ma jidhirx li l-mewt tagħha hija waħda suspettuża. Bħalissa, il-pulizija għaddejja bl-nvestigazzjonijiet tagħha dwar il-mewt tal-ġuvni.