Saturday, December 21, 2024

Fl-Ingilterra: L-ogħla rata ta’ mwiet bil-Covid-19 sa minn Frar li għadda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Ingilterra ġiet reġistrata l-ogħla rata ta’ mwiet f’jum wieħed wara li 438 persuna mietu waqt li kienu pożittivi għall-covid-19 fl-aħħar sigħat.

Din hija l-ogħla rata ta’ mwiet sa mill-24 ta’ Frar li għadda meta 442 persuna mietu waqt li kienu rriżultaw pożittivi għall-virus.

Fl-aħħar sebat ijiem kienu reġistrati 1,904 fatalità, żieda ta’ 14.7 fil-mija meta kkumparat mal-ġimgħa li għaddiet.

Intant l-awtoritajiet fil-pajjiż qegħdin jgħidu li xorta waħda meta dawn iċ-ċifri jitqabblu ma’ dawk ta’ Jannar 2021, ir-rata ta’ mwiet għadha baxxa u dan grazzi għall-provvista tal-vaċċini.

Intant il-Prim Ministru Boris Johnson jinsab għaddej bil-preparamenti tiegħu biex iħabbar miżuri maħsubin biex jikkontrollaw il-firxa tal-Omicron.

Ekonomija

Sport