Friday, December 13, 2024

Fl-Ingilterra: Minn riskju li titlef id-dawl t’għajnejha għal tifla b’livell akkademiku mill-aqwa

Aqra wkoll

Evie-Mae Geurts, Ingliża li ta’ ftit xhur kienet f’riskju li titlef id-dawl t’għajnejha u li kellha probabbiltà żgħira ħafna li titgħallem titkellem u timxi, illum il-ġurnata għandha livell akkademiku iktar għoli minn dak tal-età tagħha.

Evie tgħix Bristol u llum il-ġurnata għandha seba’ snin. Minn età tenera ta’ ftit xhur bdiet tintefħilha rasha sakemm imbagħad ta’ tmien xhur hija ġiet iċċertifikata li għandha l-kundizzjoni tal-hydrocephalus — l-akkumulazzjoni ta’ likwidu li joħloq pressjoni fuq il-moħħ. It-tobba waslu għall-konklużjoni li l-ħsara li ġarrab moħħha minħabba din il-pressjoni hija permanenti.

Omm Evie, Amy, tispjega kif ġiet mgħarrfa li l-kontinwazzjoni tal-pressjoni fir-ras kienet tfisser li t-tifla kienet se titlef id-dawl t’għajnejha għal dejjem u li kien impossibbli li Evie għad titgħallem titkellem u timxi.

Evie ttieħdet l-ewwel darba l-isptar fl-2014 minħabba li wara illi fieqet minn riħ qawwi u kellha l-ħmura f’għajnejha. It-tobba kienu ddikjaraw li ċ-ċkejkna kienet kważi tilfet id-dawl t’għajnejha għalkollox.

Evie flimkien m’ommha Amy. Ritratt: SWNS

Minkejja l-ostakli li ltaqgħet magħhom, wara għadd ta’ operazzjonijiet fil-moħħ Evie reġgħet bil-vista t’għajnejha lura għan-normal, kif ukoll tgħallmet titkellem u timxi. Amy issostni li t-tobba “Ma jistgħux jifhmu x’ġara biex minn tifla li kienet għadha lura akkademikament meta mqabbla ma’ tfal tamparha (globally delayed), issa f’daqqa waħda tant għamlet progress li spiċċat minn ta’ quddiem”.

L-omm tirrakkonta kif Evie bdiet timxi meta kellha sentejn magħluqa u li xi żmien wara li tgħallmet il-lingwa tas-sinjali bdiet anki titkellem. Amy kompliet tgħid li Evie tinsab b’saħħitha u li kull sitt xhur it-tifla trid tmur tagħmel vista t’għajnejha biex iżommu rekord tal-progress li tkun għamlet.

Ekonomija

Sport