Friday, April 19, 2024

Il-Monkeypox tpoġġiet fuq il-lista ta’ mard notifikabbli

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta f’dawn l-aħħar sigħat avżat lill-pubbliku illi s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika poġġiet il-Monkeypox fuq il-lista ta’ mard notifikabbli; dan ifisser li kull individwu illi jinfetta ruħu b’din il-marda għandu jinforma lill-awtoritajiet tas-saħħa mill-iktar fis possibbli.

Sal-bieraħ kien hemm 14-il pajjiż li għandhom każijiet tal-Monkeypox fosthom  l-Iżrael u l-Iżvizzera li identifikaw każ kull wieħed. Dawn huma fost l-aħħar pajjiżi li kkonfermaw każi tal-Monkeypox. 

S’’issa iktar minn 80 każ ġew ikkonfermati mifruxa fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Il-marda tal-Monkeypox hija komuni l-iktar f’partijiet tal-Afrika ċentrali u fil-Punent tal-Kontinent. 

Din l-imxija tista’ tgħid li kienet sorpriża għall-esperti mediċi, u dawn ikkjarifikaw li din mhix marda li tittieħed faċilment, u b’hekk ir-riskju li din tinfetta numru kbir ta’ nies huwa baxx ħafna. 

Is-sintomi ta’ din il-marda huma ħfief ħafna u ġeneralment il-maġġoranza tal-persuni jfiqu fi żmien qasir. 

Sport