Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti d-demm matul tmiem il-ġimgħa tas-6 ta’ Diċembru.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm f’G’Manġa se jkun miftuħ bħas-soltu, kuljum mit-8:00am sas-6:00pm, inkluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi.
Barra minn hekk, nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, il-Mobile Unit se tkun ipparkjata ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, bejn it-8:30am u s-1:00pm.
Dawk li se jagħtu d-demm għandhom jieħdu magħhom dokument ta’ identifikazzjoni, jixorbu l-ilma qabel id-donazzjoni u jevitaw li jilbsu ħwejjeġ bi kmiem issikkati.

