Nhar it-Tlieta filgħaxija sar id-dibattitu deċiżiv u l-vot għall-ewtanasja fuq l-abbozz ta’ liġi għall-adulti morda terminalment.
Dan ġara wara li l-politiċi ddibattew mijiet ta’ emendi matul diversi sessjonijiet hekk kif il-leġiżlazzjoni proposta għaddiet minn Holyrood.
Ir-riżultati finali għall-vot kienu ta’ 57 favur u 69 kontra. Dan ifisser li l-leġiżlazzjoni ġiet miċħuda.
L-eks Prim Ministru Nicola Sturgeon qalet lil Sky News “Ninsab grata li ma għaddietx.”. It-tħassib huwa li anke jekk numru żgħir biss, in-nies m’għandhomx iħossu xi pressjoni interna biex jeżerċitaw id-dritt li jmutu.
Matul id-dibattitu, l-MSP Indipendenti Pam Duncan-Glancy, insistiet li l-abbozz ta’ liġi “jpoġġi lin-nies morda u b’diżabilità f’riskju.”
L-MSP tal-Partit Ekoloġiku Lorna Slater argumentat li kulħadd għandu jkollu d-dritt li jagħżel hekk kif tiftakar l-ewtanasja ta’ missierha fil-Kanada f’Novembru tal-2025.
Il-Kap Eżekuttiv tal-grupp tal-kampanja Care Not Killing, Dr Gordon Macdonald esprima serħan wara li din il-liġi ma għaddietx

