Friday, November 15, 2024

Fl-Istati Uniti: Jinżammu arrestati wara li naqsu milli jirrappurtaw l-għajbien ta’ tifla ta’ 11-il sena

Aqra wkoll

Omm u s-sieħeb tagħha jinsabu arrestati wara li damu tliet ġimgħat sħaħ biex irrappurtaw l-għajbien ta’ tifla ta’ 11-il sena.

Madalina Cojocari dehret l-aħħar fid-dar tagħha f’Cornelius, North Carolina, fit-23 ta’ Novembru li għadda. Però, kien il-Ħamis li għadda illi ommha u s-sieħeb tagħha għarrfu lill-amministrazzjoni tal-iskola, Bailey Middle School, illi tifla kienet għebet.

Dakinhar tal-għajbien tagħha, Madalina kienet liebsa jeans, t-shirt u ġakketta bajda, slipper tal-Addidas.

Fir-ritratt: Madalina Cojocari.

L-omm, Diana Cojocari (37 sena), flimkien mas-sieħeb tagħha, Christopher Palmiter (60 sena) ġew arrestati s-Sibt li għadda. Huma jinsabu mixlija li naqsu milli jinfurmaw lill-Pulizija bl-għajbien tat-tifla.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport