Tuesday, March 26, 2024

Jinġabru €1,500 għall-Marigold Foundation mill-istaff tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, permezz tal-Kumitat għall-Attivitajiet Kulturali, ingħaqad ma’ organizzazzjonijiet u individwi oħrajn sabiex jiġbor fondi u titqajjem kuxjenza għal Pink October u Movember. 

F’attività partikolari, l-impjegati tal-Bank kienu mħeġġa jilbsu l-kulur roża u mal-wasla tagħhom il-Bank, kienu milqugħa b’muffins roża u blu, bħala inkoraġġiment sabiex titqajjem kuxjenza u jinġabru fondi għall-Marigold Foundation. 

Il-maniġment u l-impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ġabru s-somma ta’ €1,500 għal din l-inizjattiva, waħda minn ħafna mwettqa mill-Bank bħala parti mill-programm wiesa’ ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva. 

Il-fondi kienu ppreżentati mid-Deputat Gvernatur tal-Bank, Mr Oliver Bonello, lil Ms Alexia Gatt Spearing fil-binja tal-Marigold Foundation fil-Marsa. 

Filwaqt li rringrazzjat lill-maniġment u l-impjegati tal-Bank għad-donazzjonijiet tagħhom, Ms Gatt Spearing spjegat li l-Marigold Foundation torganizza kampanji ta’ għarfien u attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. L-avvenimenti ta’ Pink October u Movember huma maħsuba biex jagħmlu lin-nies konxji dwar l-importanza li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu għall-kanċer tas-sider u l-kanċer tat-testikoli – irrispettivament mill-età tal-persuna. 

Ekonomija

Sport