Hekk kif it-temperaturi sħan qed ikompli telgħin f’bosta pajjiżi, uffiċjali f’Texas għadhom kemm ikkonfermaw li mietet l-ewwel persuna kawża tas-sħana li għaddejja bħalissa fil-pajjiż. L-istess uffiċjali ikkonfermaw li l-vittma kien Victor Ramos ta’ 67 sena residenti Huston.
Il-membri tal-familja ta’ Ramos qalu li minkejja li kellu l-kumdita kollha f’daru, dan l-aħħar kien qed jgħidilhom li kien qiegħed iħoss ħafna sħana. F’kumment li tat lil midja internazzjonali, Karla Ramos li tiġi oħt il-vittma, qalet li ħuwa kien qalla li matul il-ġurnata ma kienx qiegħed iħossu sew u li kellu għejja kbira.
Hija żiedet tgħid li minħabba f’hekk marret iżżuru d-dar u sabitu bla ħajja.
Skont is-Servizzi Nazzjonali tat-Temp, it-tempraturi fi Huston fejn kien jgħid Victor Ramos telgħu għal madwar 95 grad Fahrenheit.
Minbarra hekk, kien hemm ukoll diversi ibliet madwar l-Lbiċ tal-Istati Uniti li raw it-temperatur jitilgħu u joqorbu lejn l-ogħla temperaturi tagħhom fir-rekord.
Il-kundizzjonijiet ta’ sħana estrema qed ikomplu jaffettwaw lin-nies madwar id-dinja llum, u miljuni ta’ nies fin-Nofsinhar tal-Ewropa qed iħabbtu wiċċhom ma’ jum ieħor ta’ temperaturi sħan.
Ħarsa lejn wħud mit-temperaturi rrimarkati f’pajjiżi differenti:
Il-gżira Taljana ta’ Sardinja ilbieraħ kienet mistennija tara l-quċċata tas-sħana bl-ogħla temperatura ta’ 46C (114.8F)
It-temperatura fi Spanja kważi laħqet il-45C (113F) nhar it-Tnejn li għadda. Dan filwaqt li dawk l-ibliet fin-Nofsnhar tas-Spanja laħqu l-44.8C u 44.7C rispettivament.
Il-gżira Spanjola, La Palma, l-Greċja u l-Alpi Svizzeri sfaw maħkuma minn nirien li infirex mal-madwar kawża tat-temperatura għolja.
L-Aġenzija Meteoroloġika Dinjija tivverifika uffiċjalment temperatura rekord ġdida fl-Ewropa ta’ 48.8C (119.8F) stabbilita fi Sqallija waqt mewġa ta’ sħana f’Awwissu tal-2021.
Il-bogħod mill-Ewropa, it-temperatura rreġistrata fi stazzjon tat-temp f’Death Valley, fl-istat Amerikan ta’ Kalifornja, f’nofsillejl laħqet 49C (120.2F) – potenzjalment rekord ġdid għal temperatura ta’ nofs il-lejl