Friday, November 15, 2024

Fl-Istati Uniti: Preżentatur tar-radju mfittex għal $150 miljun f’danni meta qal li l-attakk fi skola partikolari mhux vera kien seħħ

Aqra wkoll

Alex Jones, li huwa magħ­ruf tat-teoriji tiegħu ta’ kospirazzjoni, quddiem il-qorti qal li kien żbaljat meta allega li l-attakk li kien seħħ fil-iskola Sandy Hook fl-2012 kien “qlajja” u saħaq li dan seħħ verament. 

Il-ġenituri ta’ tifel li kien inqatel f’attakk b’arma tan-nar f’din l-iskola ġewwa l-Istati Uniti fetħu każ ta’ defamazzjoni quddiem il-qorti u qegħdin ifittxu kumpens ta’ mill-inqas $150 miljun għal danni li huma sofrew minħabba l-kummenti li għamel Jones, li huwa preżentatur popolari fuq ir-radju. Il-familja tal-vittma qed jargumentaw li huma esperjenzaw fastidju u tbatija emozzjonali minħabba l-kummenti li għadda Jones dwar dan l-attakk. F’din il-kawża se jkun deċiż kemm irid jingħata kumpens lil din il-koppja.

Min-naħa tiegħu Jones qiegħed jargumenta li din il-kawża – li qiegħda ssir f’Texas – hija “attakk” fuq il-libertà tal-kelma li hi protetti bil-First Amendment. Iżda fl-aħħar sigħat il-preżentatur ta’ Infowars qal li huwa jifhem li kienet irresponsabbiltà kbira min-naħa tiegħu meta qal li dan l-attakk mhux vera seħħ u mhux vera li mietu t-tfal. Huwa qal li ltaqa’ mal-ġenituri tal-vittmi u jaf li dan l-attakk seħħ verament. 

Fil-każ ta’ Sandy Hook, għoxrin tifel u tifla kif ukoll sitt adulti kienu ġew maqtula. 

Ekonomija

Sport