Wednesday, March 27, 2024

Fil-Messiku: Ħidma intensiva biex għaxar ħaddiema ta’ minjiera tal-faħam jiġu salvati

Aqra wkoll

Ħaddiema tas-salvataġġ ġewwa l-Messiku qegħ­din jissieltu kontra l-ħin biex isalvaw għaxar ħaddiema li jinsabu maqbudin ġewwa minjiera tal-faħam. 

Il-każ seħħ wara li parti mill-minjiera ta’ Coahuila sfrondat u hekk kif daħal ammont kbir ta’ ilma. Jassistu fil-ħidma ta’ salvataġġ hemm suldati u anke ħaddiema tas-salvataġġ li qed jużaw klieb imħarrġa apposta. Għall-ewwel il-President tal-pajjiż Andreas Manuel Lopez Obrador kien qal li hemm disa’ ħaddiema rrapportati nieqsa, iżda ftit wara l-Ministru tas-Sigurtà qal li tlieta ġew salvatati u jinsabu l-isptar filwaqt li għaxara għadhom maqbuda fil-minjiera. Il-Ministru tas-Sigurtà qal li hemm tama qawwija li dawn għadhom ħajjin u tenna li mhux se jieqfu qabel isalvawhom kollha. 

Il-gvernatur ta’ Coahuila qal li l-inċident seħħ hekk kif il-ħaddiema kienu qed iwettqu xogħol ta’ skavar meta laqtu żona li kienet mimlija bl-ilma u hekk dan wassal biex partijiet mill-minjiera sfrondaw u għerqu taħt l-ilmijiet.

Ekonomija

Sport