Tuesday, December 24, 2024

Fl-Istati Uniti: Tabiba f’battalja mal-Covid-19 mietet b’emoroġija fil-moħħ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Adeline Fagan, tabiba li tgħix fi Houston tilfet il-battalja mal-Covid19. Hi kienet ilha xhur bis-sintomi. Minkejja kull tentattiv biex teħles mis-sintomi hi spiċċat tilfet il-battalja. Kien wara xahrejn u nofs li bdew jidhru sinjali pożittivi. Hi iżda mietet waqt li qed tirkupra, kawża ta’ emoroġija fil-moħħ. 

Twaqqfet paġna fuq GoFundMe mill-familja tagħha, li fih ġie spjegat li xogħol it-tabib kien li tgħin lill-ommijiet iwelldu.  Hi kienet tbati mill-ażma, infezzjonijiet respiratorji u pneumonia. 

Fi kliem oħtha, “minkejja li kienet fis-sodda hi  riedet li kemm jista’ jkun tfieq biex tkompli b’xogħolha li tgħin lin-nisa jwelldu”. 

Ġie spjegat li kien fit-8 ta’ Lulju meta hi bħas-soltu  kienet ferħana li sejra għax-xogħol. Ġara iżda li sa x’ħin intemm ix-shift ts’a 12-il siegħa, hi bdiet tħossha li ma kinitx f’sikkitha. 

Is-sintomi tagħha kienu qawwija ħafna u komplew jeskalaw. Hi spiċċat anke rikoverata fl-isptar. Qattgħet diversi ġimgħat fl-isptar u ingħatat diversi terapiji respiratorji.  Ingħatat ukoll diversi mediċini iżda hi ma rrispondietx għalihom.

Fit-3 ta’ Awwissus hu kellha titpoġġa fuq magna respiratorja  għax il-pulmuni ma setgħux jappoġġjawha aktar. 

Minkejja li għamlet żmien twil fuq dan hi mietet xorta waħda.  Hi kellha 28 sena. Oħtha Natalie Fagan ikkummentat li “hi ġġieldet kontra l-virus. Hi ġġieldet b’mod qawwi. Permezz tal-pagna GoFundMe inġabru xejn inqas minn $160,000 li ngħataw minn aktar minn 3,000 persuna. 

Jidher li fl-aħħar jiem qabel mietet hi dehret qed tirkupra. Filfatt ftit jiem qabel il-familja ingħataw rapport pożittiv ħafna. Dan wassal biex il-ġenituri tagħha li kienu jgħixu fi New York ivvjaġġaw lejn Houston fejn kien tgħix biex ikunu qrib bithom. 

Ġara iżda li hi ma bdietx tikkomunika fl-isptar. Sar CT Scan u dan wera li kien hemm emoroġija fil-moħħ. Saru proċeduri urġenti, biċ-ċans li tgħix kien żgħir ħafna. Sfortunatament spiċċat mietet.

Ekonomija

Sport