Wara ħafna ġimgħat ta’ taqtigħ il-qalb, sa fl-aħħar Flamengo iddeċidew u keċċew lill-kowċ Jorge Sampaoli mill-kariga. Il-kowċ Arġentin kien għad fadallu xaqq tama iżda t-telfa li Flamengo sofrew kontra Sao Paulo kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk iżda b’mod negattiv.
Sampaoli kien ilu fil-kariga ħames xhur biss iżda ftit deher li ħalla impatt pożittiv mad-diriġenti Brażiljani.
Flamengo jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika tal-kampjonat Brażiljan u ftit tal-jiem ilu sfaw eliminati mill-Copa Libertadores wara telfa kontra l-Paragwajani ta’ Olimpia Asuncion.