Friday, October 4, 2024

Mara l-Isptar wara ħabta bejn 3 karozzi fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-10.20am meta fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtin seħħet ħabta bejn 3 karozzi li konsegwenza ta’ dan l-inċident mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-ħabta seħħet bejn Karozza Vauxhall Mokka misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żabbar. Is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.

It-tieni karozza nvoluta kienet Toyota Yaris Cross li kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Qormi. Miegħu kellu 3 passiġġieri fosthom minuri. Il-passiġġieri kienu raġel ta’ 43 sena, mara ta’ 39 sena t-tnejn minn Marsascala u minuri. Il-mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza filwaqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħrajn ma sofrew l-ebda ġrieħi.

It-tielet karozza nvoluta f’dan l-inċident hija tal-għamla BMW 320 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun li wkoll ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport