“Filwaqt li nkunu sensittivi, irridu li jkollna l-kuraġġ li nkunu aħna dak id-dawl li l-poplu jkun qed jistenna mingħandna biex nibqgħu nimbuttaw dawn ir-riformi importanti ’l quddiem.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela waqt attività organizzata miż-Żgħażagħ Laburisti fejn ġenerazzjonijiet differenti li lkoll illimitaw fl-eżekuttiv taż-Żgħażagħ Laburisti ltaqgħu fir-Rialto.
Il-Prim Ministru saħaq li x-xrara b’saħħitha għall-bidla fil-Partit Laburista dejjem kienet li ma nħallu qatt il-forzi konservattivi ta’ dan il-pajjiż iwaqqfu l-miġja tal-progress ta’ pajjiżna.
Filwaqt li sellem u rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom biex jixprunaw il-bidla fil-Partit Laburista u f’pajjiżna, il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar : “Ejja ħalli nibqgħu flimkien, żgħażagħ, anzjani, immexxu dan il-pajjiż ‘il quddiem fit-triq tar-riformi soċjali, fit-triq tal-progress soċjali u ekonomiku ħalli nibqgħu nimbuttaw ‘il quddiem lil Malta u lil Għawdex li tant inħobbu.”