Friday, April 19, 2024

“L-iskop tagħna huwa li jkollna suq regolat”

Iċ-Ċermen tal-ARUC Leonid McKay

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-ARUC Leonid McKay qal li l-Awtorità mhix qiegħda tippomwovi l-użu tal-kannabis iżda qiegħda tippromwovi suq regolat li minnu persuni adulti jkunu jistgħu jikkonsmaw prodotti siguri jew regolarizzati.
Huwa kompla jgħid li “l-iskop huwa li ma nikkumerċjalizzawx.

Qegħdin nenfasizzaw fuq l-element ta’ NPOs (organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt). Nifhem li se jkun hemm varjetà ta’ NPOs minn dawk żgħar sa oħrajn li jibqgħu jitilgħu sa massimu ta’ 500 membru. Irridu naraw li jkollna standards ċari li jipprovdu għal dan il-prodott.

“L-Awtorità trid tara li tkun flessibbli biżżejjed biex tilqa’ għall-bżonnijiet li jkollhom NPOs żgħar u oħrajn ikbar,” qal is-Sur McKay. “Apparti minn hekk, qed nitkellmu fuq kannabis mhux mediċinali.”

Sport