Thursday, June 18, 2026

“Flimkien se ngħaqqdu l-vuċijiet tal-ħaddiema f’appell magħqud għal protezzjonijiet soċjali aktar b’saħħithom”

… il-GWU se tieħu sehem f’dimostrazzjoni f’Madrid dwar l-impjiegi il-ġustizzja soċjali u l-paċi

Aqra wkoll

Is-Segretarju Internazzjonali tal-General Workers’ Union Robert Micallef illum se jingħaqad ma’ rappreżentanti ta’ trejd unjins minn madwar l-Ewropa għal dimostrazzjoni f’Madrid organizzata mill-European Trade Union Confederation (ETUC), CCOO u UGT. 

Id-dimostrazzjoni ssejjaħ għal impjiegi ta’ kwalità li bihom tista’ tgħix ħajja diċenti, dinjità, sigurtà u r-rispett fuq il-post tax-xogħol, pagi ġusti u futur sigur, ekonomija li taħdem għal kulħadd, u akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd. 

Il-GWU tenniet li “flimkien se ngħaqqdu l-vuċijiet tal-ħaddiema f’appell magħqud għal protezzjonijiet soċjali aktar b’saħħithom, impjiegi ta’ kwalità, il-paċi u Ewropa aktar ġusta għal kulħadd. Is-solidarjetà ma tafx fruntieri. Flimkien niddefendu lill-ħaddiema.” 

Dan se jkun l-ewwel impenn ta’ Robert Micallef barra minn Malta minn meta ġie approvat bħala Segretarju Internazzjonali tal-GWU fil-Kungress Straordinarju tal-GWU f’Mejju li għadda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport