Saturday, December 28, 2024

F’Londra: Mara se ssir l-ewwel persuna fid-dinja li tuża driegħ bl-AI li jista’ jaqralha moħħha

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara ta’ 44 sena sena se jirnexxielha tikseb biċċa minn ħajjitha lura permezz ta’ driegħ bijoniku ġdid. Dan hekk kif lura għal Settembru tas-sena li għaddiet, hija kienet involuta f’inċident ikrah ġewwa Londra. Ġara li jum minnhom Sarah de Lagarde waqgħet minn fuq pjattaforma li kienet imxarrba kawża tax-xita. Kawża t’hekk id-driegħ u riġel tal-lemin tagħha tgħaffġu minn ferrovija u l-ġrieħi tagħha aggravaw meta ntlaqtet minn ferrovija oħra.

Dakinhar tal-inċident is-Sinjura de Lagarde damet għall-għajnuna madwar ħmistax -il minuta qabel ma xi ħadd semahau ċempel sabiextingħata l-għajnuna fuq il-pst. Eventwalment imbagħad, Sarah li hija wkoll ommta’żewġt itfal ittieħedet bl-ajru l-Isptar u hemmhekk ddaħħlet f’unità speċjalizzata sabiex tingħata l-għajnuna li kellha bżonn. Waqt li qed tingħata l-kura hija ġiet infurmata li tilfet. d-driegħ tagħha u r-riġel tagħha.

Minkejja dan, hija ġiet infurmata li se ssir l-ewwel persuna fid-dinja li se tkun qegħda tagħmel użu minn driegħ bl-intelliġenza artifiċjali, li se jkun jista’ jaqralha moħħha. Miegħu għandu installat software li fih wieħed jista’ jitgħallem il-moviment li jagħmel l-iktar ta’ spiss. Midja internazzjonali irrapurtat li permezz tad-driegħ bl-intelliġenza artifiċjali, moħħha se jkun jista’ iċaqlaq id-driegħ. Iċ-ċaqliq tad-driegħ se jkun possibli minħabba l-fatt li 20 fil-mija se jkun qiegħed jaħdem b’mod robotiku u 80 fil-mija se jkun jista’ jaħdem b’mod uman.

Is-Sinjura de Lagarde dehret fuq programm Brittaniku, Good Morning Britian, fejn qalet li ħassitha tant privileġġata u li hija grata li għadha ħajja minkejja dak kollu li għadiet minnhu, speċjalment l-inċident li seta’ kien wieħed traġiku. Hija qalet lit-telespettaturi; “ Minflok ninkwetaw fuq l-affarijiet żgħar, għandna niffukaw fuq l-affarijiet li huma verament importanti “.

Ekonomija

Sport