Sunday, May 5, 2024

Grace għandha tumur… u sfat abbandunata

Aqra wkoll

Grace hija kelba li nġabret mit-toroq ta’ Sannat f’Għawdex fl-aħħar jiem mill-Annimal Walfare.

Informazzjoni li tellgħu fuq il-midja soċjali, l-Annimal Walfare f’Għawdex qalu li Grace tumur f’sidirha. “fortunatament għandha diversi problemi oħra relatati mal-fwied u il-qalb u ma tistax tiġi operata bħalissa,” intqal mill-Annimal Walfare.

Minħabba li ġiet abbaundunata bħalissa tinsab bla dar. “Li tkun f’dar fejn tkun maħbuba tista’ tkun parti mill-kura biex inżidu ċ-ċansijiet tagħha li tgħix,” qalu l-Annimal Walfare.

Huma appellaw biex jekk xi ħadd jista’ jżomm lil Grace jkun qiegħed jagħmel ħafna ġid. Importanti li min iżommha jeħodha għat-testijiet tad-demm b’mod frekwenti. Qalu wkoll li l-ispejjeż kollha marbutin mal-kura ta’ Grace se tkun qiegħda titħallas mill-Annimal Walfare.

Sport