Sunday, July 26, 2026
Home Sport Florian Wirtz bejn Bayern Munich u Real Madrid?

Florian Wirtz bejn Bayern Munich u Real Madrid?

0
98

Il-futur tal-istilla ta’ Bayer Leverkusen Florian Wirtz jiddependi fuq dak li se jagħmel il-kowċ tiegħu Xabi Alonso. Fil-fatt, dan tal-aħħar qed jissemma’ li jingħaqad ma’ Real Madrid bħala kowċ u għalhekk jieħu post Carlo Ancelotti.

Sadanittant, Wirtz qed jiġi evalwat ukoll minn Bayern Munich li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu. Real Madrid min-naħa tagħhom se jippruvaw iġibu kemm lil Alonso bħala kowċ kif ukoll lil Wirtz bħala plejer matul is-sajf li ġej.