Thursday, December 26, 2024

Floriana fit-tieni post b’rebħa fuq Sta Lucia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sta Lucia ………1

Floriana ………..3

F’temp tassew xitwi u f’partita karatterizzata minn riħ qawwi u xita kontinwa, Floriana rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-1 biex telgħu fittieni post tal-klassifika.

Il-Greens iddominaw għal ħinijiet twal speċjalment fl-ewwel taqsima meta kellhom ir-riħ wara darhom iżda fit-tieni taqsima l-Luċjani ħarġu aħjar u saħansitra rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor.

Floriana fetħu l-iskor fil-15-il minuta,  fl-ewwel azzjoni perikoluża meta Andrei Ciolacu għadda tajjeb lejn JAN BUSUTTIL li permezz ta’ xutt b’saħħtu mill-viċin tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Huma komplew jiddettaw il-loghob u fis-26 minuta rduppjaw l-iskor meta José Ulises Arias għadda lejn Cio­lacu li min-naħa tiegħu serva lil KRISTIJAN KEQI li tefa’ l-ballun f’lasti vojta hekk kif il-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Julani Archibald, nqabad barra minn postu.

Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Floriana komplew bid-dominju tagħhom u fil-41 minuta, free-kick insidjuż ta’ Jan Busuttil ġie salvat taj­jeb minn mal-art minn Archibald.

Minuta wara, il-Greens resqu ferm viċin meta Ryan Camenzuli approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża avversarja, għadda tajjeb lejn Andrei Cio­lacu li kellu l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata parzjalment minn Archibald, iżda l-konklużjoni ta’ Keqi ġiet imċaħħda mill-mimduda.

Fil-55 minuta, Sta Lucia naqqsu d-distakk meta Jan Tanti ta lil VITO PLUT li tefa’ ġewwa minn taħt il-lasti.

Iżda fis-77 minuta, Floriana rebħu penalty meta Dexter Xuereb mess il-ballun b’idu fil-kaxxa u mill-11-il metru BRANDON PAIBER ma żbaljax hekk kif xeħet lil Archi­bald fuq in-naħa l-ħażina.

Fit-83 minuta, il-Luċjani spiċċaw b’10 players meta tkeċċa Alan Da Silva Souza wara li ntwera t-tieni karta  safra minħabba protesti.

STA LUCIA: 18-Julani Archibald, 4-André Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti (9-Vito Plut 46), 8-Patrick Silva Mota (14-Jan Tanti 46), 10-Alan Da Silva Souza, 11-Francisco Rodrigues, 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa, 23-Dexter Xuereb   – Coach: Oliver Spiteri

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (99-Manolito Micallef 85), 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 9-Kristijan Keqi (29-Eugeniu Rebenja 85), 10-Jose Ulise Arias, 11-Andrei Ciolacu (10-Augusto Caseres 74), 22-Brandon Paiber, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (96-Daniel Agius 59), 94-Ryan Camenzuli (77-Aleandro Garzia) – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, James Muscat

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: J. Busuttil 15, K. Keqi 26, B. Paiber  78 pen (F), V. Plut 55 (SL)

AMMONITI: C. Rutjens, K. Keqi (F), A. Prates, F. Rodrigues, J. Zerafa, D. Xuereb, A. Da Silva Souza, J. Tanti (SL)

TKEĊĊA: A. da Silva Souza  83 (SL)

Ekonomija

Sport