Floriana …….2
Birkirkara ….0
B’wirja konvinċenti, Floriana, kisbu rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Birkirkara, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta xutt ta’ Adailton, ġie mdawwar f’corner minn mal-art mill-goalkeeper, Georgi Kitanov.
Il-Greens wieġbu minuta biss wara mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-ground meta xutt ta’ Kemar Reid ġie salvat minn Marcel Zapytowski.
L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu fil-11-il minuta meta xutt ta’ Adailton minn pożizzjoni ideali intemm barra.
Dan sabiex minuta biss wara Lorenzo de Grazia għal Floriana xeħet cross lejn Kyrian Nwoko li kellu t-tentattiv tiegħu mdawwar f’corner minn Zapytowski.
Fl-20 minuta, il-Karkariż Ali Diakite minn qagħda ideali tefa’ l-ballun fix-xibka iżda pront kien ir-referee Fyodor Zammit li ħassar il-goal minħabba offside.
Min-naħa l-oħra, kienu Floriana li resqu viċin li jiftħu l-iskor meta, fil-31 minuta, Kemar Reid kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn Zapytowski biex evita goal ċert.
Fit-42 minuta, Floriana reġgħu sabu lill-goalkeeper Karkariż attent meta mblokka t-tentattivi perikolużi ta’ Mattia Veselji u Maksim Valadzko.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana, ħarġu fem aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta fetħu l-iskor hekk kif Mattia Veselji ta lura l-ballun lil KEMAR REID li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm fix-xibka, bil-ballun jaħbat ma’ Kurt Zammit, qabel jintemm ġewwa.
Birkirkara wieġbu fil-81 minuta, meta Yannick Yankam kellu daqqa ta’ ras ċentrali salvata mingħajr wisq diffikultá minn Kitanov.
Fit-83 minuta, il-Greens ingħataw penalty meta Jovan Pajovic waqqa’ lil Matheus De Sousa fil-kaxxa … u mill-11-il metru JOSE ULISES ARIAS ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fid-89 minuta, Floriana, kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tielet goal meta l-player mill-Belarus, Maksim Valadzko, kellu x-xutt fil-baxx djagonali tiegħu jintemm ftit barra.
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (11-Matheus De Sousa 73), 9-Kemar Reid (8-Jose Ulises Arias 57), 14-Eman Micallef (21-Carlo Zammit Lonardelli 76), 20-Nicolas Matias Garcia, 22-Kyrian Nwoko, 24-Lorenzo de Grazia (12-Dunstan Vella 73), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Louro – Coach: Mauro German Camoranesi
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zaptowski, 3-Daniele Mariani, 4-Jovan Pajovic, 7-Adailiton De Jesus Queiroz, 8-Yannick Yankam, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (6-Marko Durisic 56), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (22-Matteo Gambin 77), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite (25-Neil Micallef 56), 91-Maxuell Maia (10-Paul Mbong 56) – Coach: Giovanni Tedesco
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: K. Reid 51, J. Ulises Arias pen. 83 (F)
AMMONITI: E. Micallef, L. De Grazia, M. Valadzko, O. El Hasni (F), P. Mbong (B)