Sunday, December 22, 2024

Floriana jfallu żewġ punti oħra

Aqra wkoll

Gudja United ………..1

Floriana ……………….1

Minkejja li l-aħjar team matul il-logħba kollha, Floriana, sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Gudja United, b’dan ikun it-tieni wieħed konsekuttiv għall-Greens wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda, huma fallew żewġ punti oħra fid-draw identiku, din id-darba kontra Naxxar Lions, bil-konsegwenza li ċedew l-ewwel post u għaldaqstant issa Hamrun Spartans huma l-leaders assoluti.

Kienu Gudja li resqu viċin li jiftħu l-iskor, fis-16-il minuta, meta daqqa ta’ ras ta’ Armando Melo għaddiet ftit barra.

Floriana wieġbu fit-23 minuta permezz ta’ free-kick dirett ta’ Kouro, b’Sozer ikun attent u jdawwar f’corner.

Ħames minuti wara Floriana tilfu opportunitá tajba li jiftħu l-iskor meta Jose Uli­ses Arias ġir wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Sozer,  utefa’ inkredibbilment barra.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gudjani fetħu l-iskor meta CONOR BORG antiċipa lil kulħadd u peremzz ta’ daqqa ta’ ras preċiza tefa’ gewwa.

Fit-52 minuta Floriana resqu viċin li jġibu l-iskor idaqs meta Adam Magri Overend, kellu t-tentattiv tiegħu mdawwar f’corner minn Sozer.

Madankollu, fid-69 minuta, il-Greens meritatament kisbu d-draw meta Carlo Zammit Lonardelli inidrizza cross fejn MAKSIM VALADZKO  kien pront u xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-81 minuta, Floriana resqu viċin li jiskorjw il-goal tar-rebħa meta Jose Ulises Arias indirizza cross lejn Sousa li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra.

Fis-86 minuta Mattia Veselji xeħet cross insidjuż fejn Matheus de Sousa mmira lejn ir-rokna tax-xibka iżda ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Sozer.

Gudja U.: 1-Yaren Sozer, 5-Brenner Armando Melo, 10-Shaisen Attard (39-Zak Grech 78), 11-Matias Muchardi, 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah (28-Mateo Cassini 88), 18-Conor Borg (8-Sean Cipriott 78), 23-Neil Tabone (Ricardo Mendes 68), 30-Karl Micallef, 77-Abou Toure, 88-Mirko Esposito – Coach: Jesmond Zammit

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (7-Mattia Veselji 63), 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias, 9-Kemar Reid (24-Lorenzo De Grazia 79), 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garia (11-Matheus de Sousa 79), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Kyrian Nwoko, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro Coach: Mauro German Camoranesi

Referee: Ezekiel Barbara

Ass. Referees: Duncan Spencer, David Castillo

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: C. Borg 47 (G), M. Valadzko 69 (F)

Ammoniti: K. Micallef, B. Armando Melo, M. N. Garcia, M. Veselji, L. De Grazia (F), Y. Sozer (G)

Player tal-Logħba: Maksim Valadzko (F)

Ekonomija

Sport