Floriana kisbu s-servizzi tal-player internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Carlo Zammit Lonardelli.
Prodott ta’ Birkirkara, Zammit Lonardelli qatta’ xi żmien ma’ NK Zrinski Jurjevac fil-Kroazja fl-aħħar parti tal-istaġun 2019/20, qabel ingħaqad ma’ Fidelis Andria fl-Italja fis-sajf tal-2020. Imbagħad ġie misluf lil Arzachena. Zammit Lonardelli rritorna Malta fis-sajf li għadda biex jingħaqad ma’ Sirens.
Il-Greens qabel kienu ffirmaw lill-goalkeeper Duncan Formosa u James Scicluna filwaqt li estendew il-kuntratti ta’ Oualid El Hasni u Andrei Ciolacu.