Saturday, May 4, 2024

Għaxar xhur ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Tony Armando Zahra ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar kien ikkundannat 10 xhur ħabs wara li ammetta li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti li bihom kienet ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Huwa wieġeb ħati wkoll li nhar is-17 ta’ Marzu 2022, għall-ħabta tal-11.30 p.m. fi Ġnien Kunsill tal-Ewropa f’Ta’ Xbiex ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u li kellu sikkina fil-pussess tiegħu.

Fil-Qorti huwa kien ġie mwissi bil-konsegewenzi tal-ammissjoni tiegħu inkluż li minħabba n-natura tar-reat setgħet tibagħtu l-ħabs. Huwa iżda tenna li kien ħati tal-imputazzjonijiet miġjuba kontra tiegħu.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabitu ħati u kkundannatu piena ta’ 10 xhur priġunerija effettivi. Hija rrevokat ukoll il-ħelsien mill-arrest tal-imputat mogħti fid-digriet u ordnat li Zahra jerġa’ jiġi arrestat mill-ġdid wara li jiskonta s-sentenza. Huwa kien ukoll immultat €216.

Sport