Wednesday, November 13, 2024

Floriana miżmuma minn Balzan

Aqra wkoll

Floriana …….2

Balzan ………2

Floriana sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 2-2 minn Balzan, biex b’hekk issa d-distakk bejniethom u l-leaders Hamrun Spartans kiber għal ħames punti.

Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu wara tmien minuti meta xutt mid-distanza ta’ Kemar Reid għadda għoli.

Huma komplew jippressaw u mal-kwarta logħob reb­ħu penalty meta Willis Furtado twaqqa’ fil-kaxxa minn player ta’ Balzan. Mill-11-il metru l-istess WILLIS FURTADO ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.

Fit-32 minuta Balzan. wettqu reazzjoni tajba u wara li rċieva minn pass preċiż, JAN BUSUTTIL, minn pożizzjoni angolata, venven xutt minn li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Georgi Kitanov, bil- ballun jintemm fis-saqaf tax- xibka, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu, u fil-fatt b’rispett ma feraħx wara dan il-goal.

Iżda Balzan ftit li xejn damu jifirħu hekk kif fil-45 minuta, il-Greens reġgħu qal­bu l-iskor favurihom meta MATHEUS DE SOUSA minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Fil-ħin mizjud, Floriana kienu għoddhom għamluhom tlieta meta Kemar Reid kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jaħbat mal-wieqfa.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqims, Dunstan Vella, kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit għoli.

Huma komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara, Maksim Valadzko, ittanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa, li iżda ntemm ftit barra.

Iżda Balzan wettqu reaz­zjoni tajba u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-66 minuta għamlu l-iskor indaqs, meta minn azzjoni ta’ free-kick, is-sostitut Dimeji Awosanja kellu xutt b’saħħtu salvat parzjalment minn Kitanov, biex mir-rebound daħal bħal sajjetta TRISTON CARUANA li minn taħt il-last spara l-ballun fix-xibka.

Floriana tefgħu kollox fuq l-attakk u fil-ħin miżjud l-ex tal-partita Jake Grech kellu free-kick insidjuż imdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Balzan, Golovic.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 9-Matheus De Sousa, 11-Dunstan Vella (93-Christos Rovas 86), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Kyrian Nwoko (8-Jake Grech 70), 42-Maksim Valadzko, 55-Ale­xandros Kouro, 94-Willis Furtado – Coach: Mauro Camiranesi

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic (14-Dimeji Awosanya 63) (17-Han Euigwon 89), 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 10-Jan Busuttil, 18-Ryohei Michibuchi (77-Aleksa Andrejic 86), 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 80-George Henry Raymond Blackwood   – Coach: Oli­ver Spiteri

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: James Muscat, Paul Apap

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: W. Furtado  15 pen, M. De Sousa 45 (F), J. Busuttil 32, T. Caruana 66 (B) 

AMMONITI: O. El Hasni, O. Spiteri, M. Valadzko (F), G. H. R. Blackwood, D. Golovic (B)

Ekonomija

Sport