Saturday, April 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Kercem

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur wegga’ gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Għabdun, Ta’ Kerċem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti Ta’ Kerċem u Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti ż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport