Monday, May 13, 2024

Kampjonat Premier: Il-leaders Hamrun Spartans ikomplu jirbħu

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ….2

Sirens …………………0

Il-leaders Hamrun Spartans komplew bis-sensiela pożittiva meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0 biex irreġistraw it-tmien rebħa konsekuttiva.

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar għax wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor  meta Luke Montebello xeħet cross li sab lil JONNY TORRES li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hamrun komplew jippressaw u fis-26 minuta resqu viċin li jirduppjaw meta wara li rċieva minn cross mil-lemin ta’ Jonny, Luke Montebello, kellu tentattiv li ġie mċaħħad mill-wieqfa, bil-ballun jintemm f’idejn il-goalkeeper, Andrea Cassar.

Sekondi biss wara, Hamrun, reġgħu laqtu l-wieqfa minn daqqa ta’ ras ta’ Jonny, b’Sirens itajru l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

L-Ispartans komplew jiddominaw u fl-40 minuta żiedu l-vantaġġ meta mill-corner ta’ Roko Prsa, kien LUKE MONTEBELLO  li xeħet fix-xibka minkejja l-isforz iddisprat tad-difiża Pawlina milli l-ballun jaqbeż il-linja fatali.

It-tieni taqsima kienet ferm nieqsa minn kull emozzjoni bil-Ħamruniżi jikkontrollaw lill-avversarji mingħajr wisq problemi.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 12-Roko Prsa (Nemanja Krstic 68), 14-Elionay Freitas Da Silva (27-Ognjen Bjelicic 83), 17-Yulian Nenov (Christian Rutjens 83), 28-Juan Carlos Corbalan, 30-Seth Paintsil (77-Gabriel Vella 92), 91-Emer­son Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (10-Joseph Essien Mbong 68), 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Daniel Murillo, 5-Prosper Boakye, 6-Hasan Gomda, 8-Nicholas Pulis, 9-Andreas Panayiotou Harrison (99-Ognjen Ilic 87), 10-Gilberto Martins Leite Carrara (11-Frank Boateng 68), 23-Bismark Asare (18-Mohammed Akadom 29), 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson (17-Charles Agyemang 68), 96-Daniel Agius (77-Ke­vin Muscat 87) – Coach: Steve D’Amato

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti:  Luke Portelli, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: Jonny 4, L. Montebello 40 (H)

Ammoniti: H. Bonello (HS), P. Boakye, H. Gomda, N. Pulis, H. Panayiotou, D. Jackson (S)

Player tal-Logħba: Jonny Torres (HS)

Sport