Saturday, October 26, 2024

Floriana wisq tajbin għal Valletta … u jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

Aqra wkoll

Ritratt: Christine Borg

Floriana ………3

Valletta ……….0

Floriana kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lir-rivali eterni, Valletta,  bl-iskor ta’ 3-0 li ma kellhom l-ebda risposta għal-logħob metikoluż tal-Greens. 

Wara bidu kwiet, fis-16-il minuta Floriana marru viċin minn  Ulises Arias iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata minn Guarnone.

Fit-22 minuta, l-istess Guarnone salva tajjeb fuq xutt mill-viċin ta’ Kristian Keqi wara cross ta’ Arias mil-lemin. Fis-36 minuta,  Floriana komplew igaw­du l-inizjattiva u Caseres kellu daqqa ta’ ras salvata minn Guarnone wara free­kick ta’ Arias

Żewġ minuti wara, Floriana fetħu l-iskor meta Adam Magri Overend temm ġirja fuq il-lemin bi cross perikoluż fejn  ULISES JOSE ARIAS daħal tajjeb u għeleb lil Guarnone bir-ras.

Eżatt qabel is-siegħa logħob, Christian Gauci mar viċin għal Valletta b’ daqqa ta’ ras iżda Floriana rrispondew b’tentattiv tas-sostitut Mattia Veselji li ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Valletta.

Fl-74 minuta Veselji kellu daqqa oħra ta’ ras mill-isbaħ salvata minn Guarnone wara cross ta’ Magri Overend mill-lemin. Ftit tas-sekondi wara, Valletta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Christian Gauci wara li rċieva t-tieni karta safra f’temp ta’ żewġ minuti. Minuta wara konlużjoni ta’ Brandon Paiber minn barra l-kaxxa ġiet imdawra f’ corner minn Guarnone.

Fid-79 minuta, b’reazzjoni ta’ Valletta, ix-xutt angolat ta’ Mario Fontanella ġie salvat minn Georgi Kitanov.

Iżda fis-87 minuta, Floriana irduppjaw hekk kif is-sostitut DANIEL AGIUS irċieva cross mix-xellug u b’xutt angolat mill-isbaħ ma ta ebda ċans lil Yenz Cini li daħal fil-post tal-imweġġa’ Guarnone li sakemm baqa’ fil-ground kien l-aħjar player tal-logħba billi salva lill-Beltin minn telfa umiljanti.

Minuta fuq il-ħin, Valletta setgħu naqqsu l-iżvantaġġ imma xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Tulimieri laqat il-minduda peró tliet minuti wara, Floriana żiedu ieħor permezz ta’ RYAN CAMENZULI li daħal tajjeb fil-kaxxa wara pass ta’ Veselji u għeleb lil Cini b’ xutt fil-baxx.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Alejandro Garzia 86), 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 7-Augusto Caseres (96-Daniel Agius 85), 9-Kristian Keqi (21-Mattia Veselji 63’), 10-Ulises Jose Arias (22-Brandon Paiber 67), 20-Matias Nicolas Garcia, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil, 94-Ryan Camenzuli  – Coach: Gianluca Atzori

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone (1-Yenz Cini 82), 5-Ryan Camilleri (10-Shaun Dimech 68’), 6-Triston Caruana (92-Kevin Tulimieri 82), 8-James Arthur, 14-Christian Gauci, 18-Enmy Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa (11-Michele Sansone 46), 24-Ivan Curjuric, 77-Caio Prado, 88-Mario Fontanella, 97-Lucas Ribeiro Campos (66-Eslit Sala 68)   – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: J. Arias 38, D. Agius 87, R. Camenzuli 94 (F)

AMMONITI: C. Rutjens, M. Garcia, M. Veselji (F); J. Zerafa, C. Gauci (V)

TKEĊĊA: C. Gauci 75 (V)

      PLAYER TAL-LOGĦBA: Alessandro Guarnone (Valletta)

Sport