Friday, May 17, 2024

Gzira Utd miżmuma minn Sliema W.

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Gzira Utd …….1

Sliema W. ……1

F’dak li jista’ jitqies bħala derby, il-ġirien Sliema Wanderers u Gzira United temmew fi draw ta’ 1-1, biex b’hekk huma għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun.

Madankollu, jekk kien hemm team li kellu joħroġ bil-punti massimi minn dan il-konfornt, bla dubju, kien dak ta’ Gzira hekk kif kienu l-aktar perikolużi u l-aktar li kellhom supremazija territorjali.

Dan kien it-tieni draw konsekuttiv għaż-żewġ ti­mijiet wara li wkoll tilfu l-ewwel logħba, li jħallihom it-tielet mill-aħħar b’żewġ punti biss.

Gzira kellhom lil Ricardo Correa nieqes minħabba injury, waqt li għall-Wanderers iddebuttaw il-players Julius Bliek u Valmir Berisha

Il-Maroons għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu wara sitt minuti meta Martin Davis indirizza perikoluż fejn JEFFERSON DE ASSIS japprofitta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Wanderers u b’intuwizzjoni naturali  minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Timmy Aquilina.

Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti biss wara Gabriel Bohrer Mentz kellu xutt mill-viċin jiġi mdawwar f’corner minn Aquilina li kien protagonista għat-team tiegħu  hekk kif din id-darba ċaħħad lill-captain ta’ Gzira, Steve Borg milli jsib ix-xibka minn tentattiv mill-viċin.

Il-Maroons kienu l-aħjar team f’din it-taqsima u komplew jiddominaw hekk kif fl-40 minuta tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Thiago Espindola xeħet cross għan-nofs b’Maxuell Maia jkollu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tistampa ma’ sieq il-wieqfa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Wanderers ħarġu iktar aggressivi u mas-siegħa logħob irnexxielhom jik­sbu d-draw minn MIGUEL FERNANDES b’xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Justin Haber.

Fit-73 minuta, Thiago Espindola, kellu freekick devjat mid-difiża tal-Blues iżda l-ballun stampa mal-mimdud, b’Aquilina megħlub għal kollox.

Fit-80 minuta, is-sostitut tal-Wanderers, Dejan Vukovic, avvanza fil-kaxxa u minn qagħda ideali ra x-xutt tiegħu salvat ferm tajjeb minn Justin Haber.

GZIRA U.: 16-Justin Haber, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Steve Borg, 6-Nikolai Muscat (17-Clive Gauci 90), 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 19-Martin Davis, 91-Maxuell Maia, (9-Emmanuel Mbong 79), 93-Thiago Espindola, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

SLIEMA W.: 1-Timmy Aquilina, 4-Carlos Flores (9-Omar Elouni 46), 5-Kurt Shaw, 7-John Mintoff (88-Dejan Vukovic 59), 11-Miguel Fernandes (19-Jake Engerer 90), 21-Danny Holla (18-Edmond Agius 72), 23-Valmir Berisha-6 (72-Raphael Kooh Sohna 72), 24-Gabriel Aquilina, 30-Inters Gui, 61-Myles Beerman, 71-Julius Bliek   – Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: J. De Assis 6 (GU), M. Fernandes 60 (SW)

AMMONITI: S. Borg (GU), I. Gui, J. Bliek, D. Vukovic, R. Kooh Sona (SW)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Miguel Fernandes (Sliema W.)

Sport