Monday, April 29, 2024

Anzjan jindarab serjament wara li waqa’ ġo bir f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 70 sena, residenti ż-Żejtun, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ ġo bir.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3.00p.m. ġewwa għalqa fi Triq il-Beatu Bartolo Longo, Marsaxlokk.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post u assistew biex il-vittma jinħareġ minn ġol-bir, fejn wara ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marse-Ann Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Sport