Friday, December 13, 2024

Flotta Internazzjonali għall-Yachting Malta Coastal Race

Aqra wkoll

Flotta internazzjonali ta’ aktar minn 40 dgħajsa hija mistennija għall-Yachting Malta Coastal Race li hija l-prekursur għar-Rolex Middle Sea Race.

Il-Yachting Malta Coastal Race tibda mill-Port ta’Marsamxett fl-1000 ta’ filgħodu nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ottubru. Timijiet minn madwar id-dinja se jkunu qed jitellqu, inklużi timijiet mill-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, Malta, il-Messiku, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Slovakkja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti.

Timijiet Maltin li ser jkunu qedin jtellqu m’oħrajn ta’klassi dinjija jinkludu, Calypso ta’ Sebastian Ripard, Ton Ton Laferla ta ’Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg. Elusive II, imbaħħar minn Christoph, Aaron & Maya Podesta jirritorna fl-azzjoni. Huma rebħu l-Yachting Malta Coastal Race u rebħu wkoll r-Rolex Middle Sea Race.

Iċ-Chairman ta’Yachting Malta, John Huber ikkonferma li Yachting Malta se tkun qed tappoġġja t-tellieqa għat-tliet edizzjonijiet li ġejjin. Yachting Malta hija mgħamula minn sħubija bejn il-Gvern ta’Malta u r-Royal Malta Yacht Club. Ir-rwol primarju tal-organizzazzjoni huwa li tidentifika u tattira avvenimenti tal-jottijiet ta’profil għoli lejn il-Gżejjer Maltin.

Il-Yachting Malta Coastal Race hija preparazzjoni tajba għat-taħriġ għat-tellieqa prinċipali, fejn l-ekwipaġġi jsiru jafu lil xulxin, u t-tagħmir jiġi ttestjat,” ikkummenta John Huber. “Il-preżentazzjoni wara din it-tellieq sservi wkoll bħala riċeviment tas-sidien, li hija okkażjoni kbira għall-mistednin kollha biex jiltaqgħu ma’xulxin soċjalment. Ir-Rolex Middle Sea Race hija l-akbar avveniment sportiv f’Malta. Bħala entità governattiva, Yachting Malta se tagħmel dak kollu li tista sabiex tippromwoviha.”

Il-Principal Race Officer tat-tellieqa mir-Royal Malta Yacht Club, Peter Dimech stqarr li  “L-intenzjoni tagħna għall-Yachting Malta Coastal Race hija li nagħtu lill-ekwipaġġi opportunità għal kompetizzjoni tajba qabel it-tellieqa ewlenija. Qed nimmiraw li din it-tellieqa jkollha ħin ta’ inqas minn ħames sigħat.”

It-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku r-Rolex Middle Sea Race se tibda mill-Port il-Kbir il-Belt Valletta nhar is-Sibt 23 ta’Ottubru.

Ekonomija

Sport