Bosta kienu dawk il-persuni li fl-aħħar sigħat faħħru l-ġest ta’ Żaren tal-Ajkla talli minkejja li ma ġiex elett, xorta waħda żamm il-wegħda li kien għamel mal-poplu.
Matul l-elezzjoni li għaddiet huwa kien qal li mhux se jonfoq flus fuq materjal promozzjonali iżda se jkun qed juża l-flus li kellu biex jagħtihom għall-karità. Proprju hekk għamel ilbieraħ waqt il-maratona ta’ Puttinu Cares fejn ippreżenta donazzjoni ta’ €1,183 li huma l-flus li qal li ġabar mill-kampanja elettorali.
B’dan il-ġest, in-nies qalu li jekk ma jġibx ħafna voti, żgur li wara dak li għamel ġab ħafna rispett u mħabba.