Sunday, July 26, 2026
Home Covid-19 Covid: Ifiqu aktar mid-doppju tal-każi ġodda

Covid: Ifiqu aktar mid-doppju tal-każi ġodda

0
832
Ritratt: Roger Azzopardi

Fl-aħħar sigħat feġġew 314-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 730 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li l-każi attivi niżlu għal 7,746.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-virus biex it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 673.