Sunday, December 22, 2024

F’Malta jitwieldu bejn 5 u 7 trabi fis-sena bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome

Aqra wkoll

Madwar id-dinja llum jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji ta’ għarfien dwar id-Down Syndrome. 

Il-Ministru Inklużjoni, Kwalità tal-Ħajja u Organizzazzjonijiet Volontarji Julia Farrugia Portelli fakkret li t-tema ta’ din is-sena hi l-inklużjoni u d-Down Syndrome Association Malta flimkien mal-kumplament tal-Ewropa ħolqu żifna ħelwa. 

F’Malta jitwieldu bejn 5 u 7 trabi fis-sena bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome.

“Ejja nkomplu noħolqu aktar għarfien dwar kif nistgħu nkunu aktar inklussivi ħalli kulħadd jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar,” qalet il-Ministru Farrugia Portelli.

F’filmat imtella’ fuq il-midja soċjali, il-Ministru Farrugia Portelli qalet:  “Illum il-21 ta’ Marzu hija ġurnata importanti għal pajjiżna għaliex se jkun qed jingħaqad mal-bqija tad-dinja biex infakkru l-Jum Dinji ta’ għarfien dwar id-Down Syndrome. Huwa mument sabiħ li jfakkarna nirriflettu fuq il-kelma inklużjoni, li verament irridu li l-inklużjoni tkun fil-ħajja tagħna ta’ kuljum f’kull ġurnata tas-sena.”

Ekonomija

Sport