Sunday, December 22, 2024

F’nofsinhar mistennija tindaqq mota ta’ luttu fil-knejjes Maltin

Aqra wkoll

Minn hawn u ftit ħin ieħor, f’nofsinhar, mistennija tindaqq mota ta’ luttu fil-knejjes Maltin bħala tislima f’jum il-funeral tal-Papa Emeritu Benedittu XVI li beda iktar kmieni llum għall-ħabta tad-9:30 a.m.

F’dawn l-aħħar tlett ijiem, il-katavru ta’ Benedittu XVI kien espost għall-pubbliku fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Matul il-jum tat-Tnejn biss, l-ewwel jum minn tlett ijiem, fil-Vatikan daħlu madwar 65,000 persuna biex isellmu l-memorja tal-Papa Emeritu.

Matul il-jum tal-bieraħ, fis-6.30 p.m., l-Arċisqof Scicluna ċċelebra quddiesa De Requiem iddedikata lill-Papa Emeritu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt.

Ekonomija

Sport