Friday, May 17, 2024

Proġett ta’ €10 miljun se jkun qed jiffranka 185 tunnellata ta’ CO2 fis-sena

Aqra wkoll

Illum, il-5 ta’ Jannar 2023, ġie ppubblikat tender li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika għall-użu ġenerali. Dan il-proġett ambizzjuż se jnaqqas il-flotta eżistenti, ibiddel vetturi li jniġġsu ma’ oħrajn li jużaw enerġija nadifa, u jżid l-effiċjenza fl-użu tal-vetturi bil-kunċett ta’ car-sharing li se jiġi introdott fid-dipartimenti tal-Gvern.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Tony Sultana, qal li din l-inizjattiva li qed tidħol fis-seħħ wara fażi ta’ studju dettaljat se tħalli impatt ambjentali pożittiv ħafna.
“Din il-bidla konkretament se tiffranka l-pajjiż 185 tunnellata ta’ Dijossidu tal-Karbonju (CO2) fis-sena, bil-proġett ikun carbon neutral bl-installazzjoni ta’ 2,000 metru kwadru ta’ pannelli fotovoltajiċi fi spazji pubbliċi. Dan kollu jixhed il-kredenzjali ambjentali u sostenibbli li jipprattika s-Servizz Pubbliku,” spjega s-Sur Sultana.

Permezz tat-tender maħruġ illum, hu stmat li r-rata ta’ vetturi elettriċi fil-flotta tas-Servizz Pubbliku se jiżdied minn 7% li kien hemm fl-2021, għal kważi 40%. Dan il-proġett għandu valur ta’ €10 miljun, iffinanzjati minn fondi Ewropej.

Sport