Tuesday, April 30, 2024

L-attur Jeremy Renner jitkellem wara li sarulu żewġ interventi kirurġiċi

Aqra wkoll

Bħalissa jinsab l-isptar hekk kif kompla jirkupra minn żewġ interventi kirurġiċi wara li weġġa’ b’magna tas-silġ.

Il-post fejn Renner kien qed ineħħi s-silġ. Ritratt: Instagram – Jeremy Renner

L-attur weġġa’ fl-Ewwel tas-Sena ħdejn id-dar tiegħu f’Nevada waqt li kien qed inaddaf is-silġ minn driveway privata biex jgħin lill-membri tal-familja jitilqu minn daru wara li nġabru għall-vaganzi, skont il-pubblikatur tiegħu, Samantha Mast.

Il-Ħadd li għadda, is-servizz mediku rċieva telefonata li sar inċident li fih kien involut Renner. Minħabba li l-awtostrada kienet magħluqa u kien hemm ħafna karozzi maqbuda minħabba t-temp, Renner ittieħed l-isptar permezz ta’ ħelikopter li niżel viċin tal-awtostrada.

Sport